Parlament

IDevice Icon Kif jiġi elett

Parlamento europeo

 

Il-Parlament Ewropew jiġi elett miċ-ċittadini biex jirrappreżenta l-interessi tagħhom.

Il-Parlament Ewropew jiġi elett kull ħames snin. Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt għall-vot u li joħorġu għall-elezzjoni.

 

 


IDevice Icon Il-funzjonijiet tal-Parlament

Seduta del Parlamento Europeo

 

Il-funzjoni prinċipali tal-Parlament hu li japprova l-liġijiet. Il-liġijiet tal-Parlament Ewropew jissejħu direttivi u regolamenti.

Il-Parlament flimkien mal-Kunsill tal-Ministri jgħaddi l-liġijiet. Xogħol ieħor tal-Parlament huwa li japprova l-baġit annwali.

Il-baġit hu rendikont ta' l-infieq u d-dħul.

Din hija r-responsabbiltà tal-Kunsill tal-Ministri ukoll.

 

 

 


IDevice Icon Kif inhu organizzat

Immagine dei gruppi politici europei

Il-Parlament juża 23 lingwa uffiċjali tal-UE, bħall-istituzzjonijiet oħra tal-UE. Membri tal-Parlament Ewropew jirrappreżentaw gruppi politiċi differenti.

Gruppi politiċi huma partiti, bħall-Partit Popolari Ewropew, il-Partit Soċjalista, il-Liberali, il-Ħodor.

Jekk trid tkun taf aktar dwar il-gruppi Ewropej aqra l-paġna "Tgħallem Aktar"


 


IDevice Icon Il-Parlament
Show Brussels Image
Brussels
Show Strasbourg Image
Strasbourg
Show General Secretariat in Luxembourg Image
General Secretariat in Luxembourg
Show Inside Brussels Parliament Image
Inside Brussels Parliament

Il-Parlament jinsab f'3 postijiet.

Is-seduti prinċipali tal-Parlament isiru fi Strasburgu, Franza, u f'Brussell, il-Belġju. Is-Segretarju Ġenerali u l-uffiċċji kollha jinstabu fil-Lussemburgu.