Glossary mt

IL-KLIEM TAL-ELEZZJONIJIET

easyread1

Kamra tal-votazzjoni: dan huwa spażju privat fejn inti tidħol biex tivvota fl-elezzjoni. cabina_el
Elezzjoni: iż-żmien meta tivvota għar-rapreżentanti tal-pajjiż. Dawk li ji ġu eletti jidiskutu u jivvotaw fuq dak li għandu x’jaqsam mal-pajjiż. elezioni
Parlament: huwa l-post fejn l-MEPs jiltaqgħu biex jiddiskutu affarijiet importanti dwar it-tmexxija tal-pajjiż. Il-kelma Parlament tfisser ukoll dawk in-nies kollha li jkunu qed isservu fil-Parlament. parlamentoeuropeo
Partit Politiku: dan huwa grupp ta’ nies li jissieħbu flimkien għax għandhom ideat u għanijiet simili dwar kif għandu jitmexxa l-pajjiż. europaeische_parteien_IT
Karta tal-vot: karta bil-lista tal-kandidati. Inti timmarka salib jew numru ħdejn l-isem tal-persuna li tagħżel. schede-elettorali1
Poll clerk: dan huwa persuna li jaħdem fil-post tal-votazzjoni, li jagħtik il-vot u li fl-aħħar jisi ġilla l-kaxxa tal-vot. Roma, Liceo Virgilio  14 aprile 2008:votanti ai seggi elettorali
Għadd tal-voti: meta tagħlaq il-votazzjoni, il-kaxxi tal-vot jitbattlu u jsir l-għadd tal-voti scrutinio
Iċ-ċentru tal-votazzjoni: dan huwa post bħal skola, sala, jew ċentru tal-kommunita’ fejn l-elezzjoni ssir. seggio_elettorale_adn--400x300
Re ġistru Elettorali: il-lista bl-ismijiet ta’ kulħadd minn 18-il sena li jistgħa jivvota. tessera_elett_1
Kaxxa tal-voti: din hija l-kaxxa li fiha inti tpo ġ ġi l-karta tal-votazzjoni mitwija wara li inti vvutajt. urna_elettorale
Servizzi soċjali: l-istat jara li kulħadd għandu dak li hemm bżonn biex jgħix. benessere
Konsumatur: in-nies li jixtru u jużaw prodotti differenti consumatore2
Kultura: tfisser l-ideat u d-drawwiet tas-soċjeta’. news_aboriginal
Demokrazzija: din tfisser li kulħadd għandu d-dritt jesprimi opinjoni dwar min imexxi l-pajjiż u dwar kif huwa mmexxi. democrazia3
Diskriminazzjoni: huwa meta persuna jew grupp ta’ persuni m’humiex ittrattati b’mod ġust u m’għandhomx l-istess drittijiet bħal ħaddieħor. discriminazione2
L-ekonomija: il-konnezzjoni bejn il-flus, l-industrija u xogħol fil-pajjiż economia
Global warming: dan ifisser li t-temperatura tal-arja u l-oċeani qed tisħon. Dan m’huwiex tajjeb għall-pjaneta tagħna. ħafna mill-‘global warming’ isir minħabba greenhouse gases fl-arja. Greenhouse gases jiġu meta jinħarqu żejt, gass u faħam. Minħabba l-Greenhouse gases l-enerġija tax-xemx taħkem iżjed fid-dinja, u għalhekk il-pjaneta tagħna qed issir aktar sħuna. effetto_serra
Enerġija nadifa: huwa sors ta’ enerġija li ma’ tħammiġx l-ambjent. energiapulita
Sess: nisa huma femminili u rġiel huma maskili. L-ugwaljanza bejn is-sessi jfisser li l-irġiel u n-nisa huma ttrattati l-istess u b’mod ġust. uguaglianza_di_genere
globaliżazzjoni: dan ifisser business, ideat u teknoloġija mferrxin mad-dinja. Li qed jiġri f’pajjiż wieħed jaffettwa l-pajjiżi l-oħra. global
Intolleranza: dan hu meta persuna jew grupp ta’ persuni jiġu ttrattati ħażin għal xejn b’xejn. discriminazione
Migrazzjoni: huwa l-moviment ta’ nies bejn il-pajjiżi. Emigrazzjoni hu meta xi ħadd jitlaq minn pajjiżu. Immigrazzjoni hi meta nies minn pajjiżi oħra jiġu jgħixu f’pajjiżna. migrazioni2
Prijorita’: hija ħaġa mportanti ħafna li trid issir l-ewwel. priorita
Progress: l-azzjoni li tikkawża bidla progressista
Riċessjoni: huwa żmien meta f’pajjiż ma tantx jinbiegħu jew jinxtraw prodotti jew servizzi. Jista’ jkun hemm nuqqas ta’ impjieg f’dan iż-żmien allura jkun iktar diffiċli biex issib xogħol. economia_recessione_paese-713977
Sostenibbli: nużaw din il-kelma għal żvillupp li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. svilupposostenibile
 Progress: l-azzjoni li tikkawża bidla sviluppo