M.O.TE – ‘My Opinion My Vote’ (L-Opinjoni Tiegħi L-Vot Tiegħi) huwa Proġett ta’ Grundtvig Multilateral iffinanzjat mid-‘Direttorat ġenerali għall-Edukazzjoni u Kultura – Tagħlim matul il-ħajja.’L-għan tal-proġett huwa li nies b’diżabilitajiet intellettwali jkunu jistgħu jagħtu sehemhom bħala ċittadini u jippartiċipaw fl-elezzjonijiet politiċi.
Għalfejn dan il-proġett?
0.0.1% taċ-ċittadini Ewropej għandhom diżabilita’ intellettwali. It-tul ta’ ħajja (life expectancy) għal dan il-grupp żdied b’mod konsiderevoli; għalhekk sar kruċjali li id-drittijiet ta’ dawn iċ-ċittadini jingħataw l-importanza tagħhom.
Il-maġġoranza tan-nies b’diżabilita’ intelletwali ma jivvutawx fl-elezzjoniet, u għalhekk ma jagħmlux użu mid-dritt tagħhom għall-vot. Ikun hemm xi każijiet fejn ċerti familji jindirizzaw dan is-suġġett u l-individwi b’diżabilita’ intellettwali jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot.
Għalkemm “self advocacy” (li wieħed jitkellem għalih innifsu) huwa kunċett li jiġi pprattikat ħafna fil-qasam tad-diżabilita’, għad hemm ħafna nies b’diżabilita’ intellettwali li ma jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot. Dan jistgħa jkun għaliex hemm nuqqas ta’:
- Tagħrif u edukazzjoni għall-persuni b’diżabilita’ intellettwali;
- Tagħrif min-naħa tal-qraba u l-persuni li jieħdu ħsiebhom;
- Meżżi ta’ għajnuna mill-awtoritajiet pubbliċi
Objettivi ġenerali
- Biex nedukaw persuni b’diżabilita’ intellettwali dwar id-drittijiet politiċi tagħhom
- Biex ninkoraġġixxu lill-persuni b’diżabilita’ intellettwali biex jiffurmaw u jesprimu opinjoni infurmata / deċiżżjoni f’elezzjonijiet u referenda lokali, nazzjonali u Ewropej bħal kull ċittadin Ewropej ieħor
- Biex inrawwmu kuxxjenza f’dawk li qegħdin f’pożizzjoni li jiffaċilitaw il-proċess tal-votazzjoni għall-persuni b’diżabilita’ intellettwali
Objettivi Speċifiċi
- Biex ninvestigaw kemm nies jeżerċitaw id-drittijiet politiċi f’dawn is-sitt pajjiżi membri. Biex ninvestigaw it-tagħrif tan-nies b’diżabilita’ intellettwali dwar iċ-ċittadinanza Ewropea/nazzjonali/lokali u biex nindentifikaw eżempji ta’ suċċess f’dan il-qasam li, bl-istess grupp jew b’gruppi oħra, ġa saru studji fuqhom.
- Biex niddiżinjaw, niżvilluppaw u neżaminaw programm edukattiv (kemm ma persuni b’diżabilita’ intellettwali kif ukoll ma’ professjonisti) li jikkonsisti minn żewġ modules b’għaxar units edukattivi.
- Biex nifformaw ‘pilot group’ Ewropew jikkonsisti minn adulti b’diżabilita’ intellettwali li jiltaqgħu tlett darbiet u jikkontribixxu għad-disinn u jeżaminaw l-istadju final tal-proġett.
- Noħolqu kampanja li trawwem kuxxjenza għall-użu ta’ dokumenti speċifiċi biex nindirizzaw persuni b’diżabilita’ intellettwali, il-persuni li jieħdu ħsiebhom, il-professjonisti, in-nies inkarigati li jieħdu d-deċiżjonijiet, u l-partiti politiċi.
- Biex nippublikaw u nwasslu ir-riżultati ta’ dan il-proġett lil kemm jista’ jkun nies b’diżabilita’ intellettwali, billi nikkrejaw ċentru Ewropew li jgħin lil dawn in-nies biex jeżerċitaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Dan iċ-ċentru jkun immexxi u iffinanzjat minn EDSA u l-imsieħba f’egħluq il-proġett.