L-Italja
AIPD – Għaqda Taljana għall-Persuni b’Down Syndrome.
Contact Email: internazionale@aipd.it
Website: www.aipd.it
Din hi għaqda nazzjonali li tiġbor fiha persuni bid-Down syndrome, il-ġenituri tagħhom jew min jieħu ħsiebhom. Twaqqfet f’Ruma fl-1979. Din l-għaqda għandha dawn l-għanijiet prinċipali:
- Tagħti parir professjonali fuq kull aspett tad-Down syndrome lill-familji, social workers u għalliema
- Twassal informazzjoni kurrenti fuq id-Down syndrome lil social workers, organizzazzjonijiet u membri tal-pubbliku.
- Titkellem favur il-prattika mill-aħjar
- Tiżviluppa u tippromovi prograami li l-għan tagħhom huwa li l-pubbliku japprezza u jaċċetta l-persuni b’Down syndrome, jagħraf il-bżonnijiet tagħhom u r-rwol tagħhom fis-soċjeta’
- Titkellem għan-nom tal-membri tagħha u għall-familji tagħhom
AIPD toffri dawn is-servizzi::
- ‘Telephone D’ – servizz ta’ konsulenza permezz tat-telefown
- Servizz ta’ informazzjoni u konsulenza
- Tħares li ssir inkluzzjoni fl-iskejjel u fuq il-post tax-xogħol
- Tipprovdi servizz legali
- Librerija
AIPD huma membri tal-EDSA – European Down Syndrome Association. (EDSA).
Sio2 Srl
Contact Email: sio2srl@gmail.com
Website : www.sio2.eu
Sio2 srl hija kumpanija li toffri l-għajnuna u servizzi fil-qasam tal-kompjuters. Hija tgħin lil dawk l-għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita’ jew ma’ nies li qed ibatu minħabba xi nuqqasijiet soċjali.
Id-Danimarka
IĊ-Ċentru tal-Opportunitajiet Indaqs għall-Persuni b’Diżabilita’
Contact Email: cj@clh.dk , tmj@clh.dk
Website: www.clh.dk
IĊ-Ċentru tal-Opportunitajiet Indaqs għall-Persuni b’Diżabilita’ jaħdem għall-opportunitajiet indaqs u drittijiet indaqs bejn persuni b’diżabilita’ u persuni oħrajn. Huwa jgħid lill-gvern meta jkun hemm xi nuqqasijiet biex l-affarijiet jkunu jistgħu jitbiddlu. IĊ-Ċentru joħroġ l-informazzjoni fuq l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilita’ fid-Danimarka.
READ MORE
L-Irlanda
Down Syndrome Irlanda
Contact Email : grainne@downsyndrome.ie
Website: www.downsyndrome.ie
Down Syndrome Irlanda (DSI) hija għaqda volontarja li tagħti sapport lill-persuni b’Down syndrome u l-familji tagħhom. L-għaqda tgħin biex il-persuni b’Down syndrome jgħixu ħajja mill-aħjar u jkollhom futur mill-isbaħ quddiemhom.Tgħinhom biex jiksbu l-potenzjal tagħhom.
Din l-għaqda twaqfet fl-1971 bħala grupp ta’ sapport mill-ġenituri ta’ persuni bid-Down syndrome. Pero’ minn dak iż-żmien ‘l hawn imxiet ħafna ‘l quddiem. F’dawn l-aħħar għaxar snin, flimkien mal-kumitati volontarji tal-organizzazzjoni nħoloq ukoll uffiċċju nazzjonali li għandu mpjegati professjonali.
L-uffiċċju nazzjonali tad-DSI immexxi minn Uffiċjal Esekuttiv jinkludi tim ta’ speċjalisti, sezzjoni għall-ġbir tal-fondi, u sezzjoni oħra t’ amministrazzjoni u sappot għall-membri. Dan it-tim tad-DSI joffri servizzi kemm diretti u indiretti lill-membri, lill-professjonisti u lill-pubbliku nġenerali. It-tim tal-ispeċjalisti magħruf bħala ‘National Resource Team’ joffri dawn is-servizzi:
- Early Intervention
- Edukazzjoni
- Saħħa
- Konsulenza/Psikoterapija/Drama Therapy
- Indipendenza
Kemm ilha mwaqqfa d-DSI ħadmet ħafna fil-qasam tar-riċerka, fl-edukazzjoni fid-djar, fl-inklużjoni fl-iskejjel u sapport għall-ħajja indipendenti. Fl-2009 saret l-10 World Down Syndrome Congress f’Dublin fl-Irlanda bejn 19 u 22 t’ Awwissu 2009. Il-website tal-Kungress hija www.wdsc2009.com
Spanja
Fundazzjoni Proġett AURA
Contact Email: info@projecteaura.com
Website: www.projecteaura.org
Proġett AURA huwa fundazzjoni li ma tagħmilx profitt. L-għan ta’ Proġett AURA huwa li ttejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-membri tagħha permezz ta’ programmi ta’ inkluzzjoni soċjali u fuq ix-xogħol. Proġett AURA għandu erba’ programmi:
- Programm ta’ abbilitajiet soċjali u awtonomija personali
- Taħriġ personalizzat għall-impieġ fuq il-post tax-xogħol bl-għajnuna ta’ job coach
- Tagħlim kontinwu biex il-persuna tkun tista’ tavvanza fix-xogħol tagħh
- Programm għall-ħajja indipendenti
Mill-1989 Proġett AURA pprovdit servizzi ta’ konsulenza u sapport bażati fuq il-kapaċitajiet tal-individwu. Il-Fundazzjoni ssegwi il-metodoloġija tas-Supported Employment.
Proġett AURA hija ukoll attiva’ fid-diżin u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ kwalita’, ċertifikazzjoni, u li tiċċertifika standard skond l-EU u l-ISO fil-qasam edukattiv u dak tal-impieġ.
Università Ramon Llull -Balenquerna. Fakultà tal-Psikoloġija, Edukazzjoni u Xjenza tal-Isport
Contact Email: climentgg@blanquerna.url.edu
Il-Fakultà ta’ Balenquerna tal-Psikoloġija, Edukazzjoni u Xjenza tal-Isport (Università Ramon Llull, Barcelona) hi istituzzjoni li toffri tagħlim fl-oqsma tal-edukazzjoni, psikoloġija, xjenza tal-isport, u speech therapy, waqt li toffri opportunitajiet għall-esperjenza prattika fid-dinja professjonali permezz ta’ proġetti u riċerka.
L-iskop tagħha huwa li toffri kwalità għolja ta’ tagħlim fi gruppi żgħar, permezz ta’ tutorials u seminars. Il-kurrikulu disponibbli huwa:
- Teacher Training Degree (Specjalitajiet: Edukazzjoni Pre-school; Edukazzjoni Primarja; Edukazzjoni fl-iSpecial Needs; Edukazzjoni fil-Mużika; Tagħlim ta’ Lingwi Barranin –Ingliż Edukazzjoni Fiżika)
- Degree fl-iSpeech & Language Therapy
- Degree fis-Psikoloġija
- Degree fix-Xjenza tal-iSports
- Dottorat (Phd) and Postgraduate Studies
- Masters Degree fl-Early Intervention u l-Familja
MALTA
Equal Partners Foundation
Contact Email: info@equalpartners.org.mt
Website: www.equalparntersmalta.org
L-Equal Partners Foundation taħdem ma’ u għal tfal u adulti b’diżabilità u / jew diffikultà fit-tagħlim. Dan ifisser li mhux biss toffri servizzi lil dawn il-persuni imma taħdem biex tippromovi u tavvanza d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs ta’ dawn in-nies, tqajjem kuxjenza fis-soċjetà u tgħin lil persuni b’ diżabilità biex jaslu li jagħmlu l-għażlit tagħhom, ikollhom vuċi, u jgħixu ħajja ta’ kwalità fil-kommunità. L-Equal Partners temmen bis-sħiħ fl-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u / jew diffikultà fit-tagħlim f’kull aspett tas-soċjetà.
Il-filosofija tal-Equal Partners hija il-mudell soċjali ta’ diżabilità. Minn din il-filosofija joħorġu s-servizzi kollha tal-Fundazzjoni u l-prinċipji li temmen fihom. Is-servizzi kollha li toffri jħarsu l-ewwel u qabel kollox lejn il-persuna u jipprovdu servizzi individwalizzat u olistiku. Is-servizzi u/jew programmi li toffri huma mfassla flimkien mal-ġenituri u l-individwi nnifishom biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-individwu. Dawn is-servizzi jingħataw fil-kommunità fejn il-persuna qed tgħix, titgħallem, taħdem u tiddeverti.
Equal Partners toffri dawn is-servizzi:
- Servizz ta’ Psikoloġu
- Early Intervention
- Programme fid-djar
- Sapport għall-edukazzjoni inklussiva
- Il-Programm Stepping Out
- Edukazzjoni Post-Sekondarja
- Taħriġ għall-qasam tax-xogħol
- Drama Therapy
- Teatru Inklussiv
- Taħriġ ta’ edukaturi
L-Università ta’ Malta, Fakultà tal-Edukazzjoni, Dipartiment tal-Psikoloġija, Programm għall-Edukazzjoni Inklussiva.
Il-programm għall-Edukazzjoni Inklussiva ġewwa l-Università ta’ Malta hu responsabbli għat-tagħlim u riċerka dwar is-suġġett ta’ diżabilità u diffikultajiet fit-tagħlim.
Dan il-programm kien strumentali biex isiru korsijiet dwar l-Edukazzjoni Inklussiva u anki korsijiet speċifiċi li jitrattaw id-diżabilità u diffikultajiet tat-tagħlim bħal l-autism, Down syndrome, dyslexia u il-bżonn ta’ meżżi alternattivi biex jikkomunikaw.
Dan il-programm hu msieħeb ukoll ma’ NGOs (Equal Partners Foundation u Dar tal- Providenza), bħala konsulent, filwaqt li jwettaq taħriġ u riċerka f’xi skejjel. Il-programm regolarment jorganiżża seminars u workshops dwar dawn is-suġġetti u jaħdem ukoll m’universitajiet barranin fosthom l-Università ta’ Padova, Istituto Universitario delle Scienze Motorie, l-Università ta’ Anaheim u St. Mary’s College, Belfast.
Id-dipartiment ħa sehem ukoll b’suċċess fil-‘Comenius Project’ bl-isem ‘See It’ fejn ħadem flimkien mal-Olanda u l-Irlanda u kien strumentali ukoll fit-taħriġ u servizzi ta’ mezzi alternativi u awmentativi ta’ kommunikazzjoni.
L-Ungerija
Fundazzjoni Down
Contact Email: down.iroda@gmail.com
Website: www.downalapitvany.hu
Il-Fundazzjoni Down ġiet imwaqqfa fl-1992 minn għaqda ta’ ġenituri. L-għan tagħha huwa li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabilita’ intelletwali permezz tal-inklużjoni. Bħalissa l-Fundazzjoni Down għandha rwol importanti fil-proviżjoni ta’ servizzi edukattivi għall-persuni b’ diżabilita’ intelletwali fl-Ungerija. Din torganiżża proġetti biex il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabbilta’ jitqiesu fil-kuntest tal-familja tagħhom. Din l-għaqda tmexxi programmi u servizzi skond il-bżonn tal-individwu għall-membri tagħha u l-familji tagħhom.
Din il-Fundazzjoni toffri dawn is-servizzi:
- żewġ residenzi temporanji
- żewġ residenzi temporanji
- residenzi
- ‘ambulanza ’
- servizz ta’ dentist
- Early-development centre
- servizz ta’ nurse.
- ċentru għall-Early Intervention